L-ispirtu tal-Karmelu jaffaxxinani
Jiena Glen Attard minn H’Attard. Bħalissa qiegħed noqgħod Salamanca (Spanja) għas-sena tan-Novizzjat tiegħi. Hawnhekk nixtieq naqsam miegħek l-esperjeza vokazzjonali tiegħi. U għażilt li nibda’ bi storja, parabbola: Kien hemm żewġt’ iħbieb jisimhom Jum u Lejl . Kienu jgħaddu jiem u ljieli sħaħ fil-kumpanija ta’ xulxin. Kienu jagħmlu kollox flimkien: jitolbu, jgħinu, jistudjaw, jilgħabu, jiddiskutu, joħorġu ... Kienu joqogħdu bieb ma’ bieb u kieku qatt kont tara lil wieħed mingħajr l-ieħor! Mela darba fost l-ohrajn Jum siefer u Lejl spiċċa jagħmel kollox waħdu. Ma kienx ikun jaf fejn se jaqbad jagħti rasu mingħajr sieħbu. Qatt daqs dik il-ħabta ma kien japprezza x’ħabib ta’ veru kien Jum għalih. Kien jistenna kuljum li Jum jiġi lura. Kien ihoss ħafna n-nuqqas tieghu u ta' tant mumenti sbieħ li qattgħu flimkien. U għaddew is-snin! U Jum reġa’ lura u mhux talli sab lil Lejl jistennieh iżda talli qatt daqs wara dak inhar ir-relazzjoni tagħhom ma kienet daqshekk tajba. Din l-istorja ...